Il-Hames Att

Nov 6, 2010 by

Il-Hames Att

Matul dawn l-għaxar snin ħajti ħadet xejra oħra. Fl-1992 għalaqt 60 sena, allura sirt pensjonanta. Silta minn ittra ta’ ringrazzjament li rċevejt mingħand id-Direttur tal-programmi, Charles Arrigo tgħid hekk: “Nieħu din l-opportunita’ biex nirrinrazzjak tal-koperazzjoni li dejjem rajt minnek fis-snin li ħdimna flimkien. Napprezza ħafna ukoll l-attitudni serja u professjonali li inti dejjem kellek lejn ix-xogħol tiegħek”.

– 0 –

Fit-2 ta’ Frar 1995 intwera fuq TVM l-ewwel minn ħames episodju ta’ ħamsin minuta l-wieħed ta’ ‘Triq Waħda’, kitba ta’ Lino Grech, ibbażat fuq ix-xogħol ta’ Alfred Sacco ‘Ġirien’, direzzjoni artistika Lino Farruġia, direzzjoni televiżiva ta’ Mario Parascandolo. Għal din it-‘teleserial’ inħadmu ħafna xeni fuq barra, li għal dak iż-żmien kienet xi ħaġa ġdida.  Intużaw bosta lokalitajiet u bnew settijiet diversi fl-istudjo ta’ Bigħi, inklużi l-kmamar ta’ ħames appartamenti. Għall-ewwel darba ukoll il-kru teknku ħadem b’żewġ ‘cameras’.

– 0 –

Related Posts

Tags

Share This