Ir-Raba Att

Nov 6, 2010 by

Ir-Raba Att

Kont għamilt il-kuraġġ u erġajt tlajt fuq il-palk wara t-telfa ta’ żewġi Gaetano. Ix-Xogħol reġa qabad ġmielu. Dan kien li xtaqt jien. Ngħid id-dritt, ix-xogħol fuq il-palk bqajt nagħmlu u nidħol għaliħ b’ruhi u ġismi; imma issa kont wasalt li naċċetta kull parti, l-importanti kien li fl-aħħar tax-xahar ikolli l-meżżi f’idejja biex ngħajjex ‘l uliedi. Dispjaċir wieħed kelli: li f’dan il-perjodi, kien hemm xi żmien meta kienet spiċċat is-serjeta u l-professjonalita’ mit-Teatru Manoel.

– 0 –

Radju Malta Wieħed u Cable Radio baqgħu maqgħudin flimkien, iġifieri bl-istess programmi joħorġu fl-istess ħin fuq iż-żewġ stazzjonijiet. Cable Radio kien ixandar permezz tal-‘Cables’ li kienu għadhom hemm waqt li r-Radju kien jaħdem permezz tal-elettriku jew batteriji. Fl-1989, il-Cable Radio wasal fi tmiemu u baqa biss it-tliet stazzjonijiet tar-Radju. Kien stazzjon favorit ta’ ħafna u għal dak iż-żmien kien l-uniku stazzjon tar-radju f’Malta, bi programmi li ftit għadna nisimgħu bhalhom: programmi edukattivi, ta’ nteress ġenerali, divertienti u mmirati għall-etajiet kollha. Programmi li bdejt nippreżenta f’dawk iż-żminijiet u li damu sejrin is-snin kienu ‘Pot Pourri’ u ‘Mużika Latina Amerikana’ b’kitba u produzzjoni ta Emanuel Debattista.

– 0 –

Ta’ min jiftakar li sa dan iż-żmien it-Televiżjoni Maltija kien jiftaħ l-istazzjon fis-sitta ta’ filgħaxija u jgħalaq għall-ħabta tal-għaxra u nofs. B’dana kollu, f’dawn l-għaxar snin tat-Tmeninijiet saru xi avvanżi, l-aktar importanti kienet dik li fl-1981 spiċċat l-era tat-televiżjoni abjar u iswed; fl-aħħar bdejna naraw bil-kulur.

– 0 –

Related Posts

Tags

Share This