Prologu

Nov 6, 2010 by

Prologu

Kienet id-drawwa li l-artisti jiddjalogaw dirett ma l-udjenza. B’dan il-mod, l-udjenza kienu jħossu li qed jipparteċipaw fil-wirja l-istess bħall-artisti. Ir-reċtar kien esaġerat. Jista’ jkun li dan kien minħabba l-fatt li l-kavallieri kienu jgħażlu l-isjavi; (aktarx Torok) biex jieħdu sehem f’dawn il-wirjiet u jgieluhom jilbsu ħwejjeġ eleganti li bihom iħossuhom skomdi u għalhekk jaqgħu f’ħafna eseġerazzjonijiet. Din id-drawwa li jqabbdu lil ilsiera biex jirreċtaw ġejja minn żmien ferm qabel għax insibuha wkoll fi żmien il-Greċja u Ruma tal-antik.

– o –

Naturalment, biż-żmien saru ħafna tibdiliet f’dan it-teatru. L-isem oriġinali tiegħu kien ‘Teatru Pubbliku’. Aktar ‘l  quddiem sar ‘Teatru Royale’, u fl-aħħar, kif xieraq fl-1866, bħala omaġġ lill-fundatur tiegħu, l-isem sar kif għadu sal-lum ‘Teatru Manoel’. Huwa t-tielet l-aktar teatru antik fl-Ewropa u l-aktar teatru antik fil-Commonwealth.

– o –

It-teatru Rjali kien iddisinjat biex jesa 1095 udjenza bilqiegħda u 200 bil-wieqfa. Kien hemm  palketti li l-ħitan tagħhom kienu miksija b’karti ħomor skuri. Il-palkett tal-Gvernatur kien joħroġ il-barra fit-tond u fil-ġnub iżomm fuq żewġ statwi kbar. Il-ftuh uffiċjali tat-teatru sar fid-9 t’Ottubru tal-1866. Kien il-Ħadd, 25 ta’ Mejju tal-1873 meta dan it-teatru ha n-nar.

– o –

Tas-sliema kienet għadha mhix meqjusa bħala belt, u fiha kien hemm biss ftit bini qalb bosta għelieqi diżabitati. Dan kien il-bidu tas-Seklu 19. Imma dawn in-nies kif kellhom moħħ id-divertiment? Għaliex qed nagħmlu din il-mistoqsija? Għax dak iż-żmien imqalleb ferm fl-istorja ta’gżiritna. Malta kienet għaddiet minn ġrajjat imdemmija minn taħt idejn il-Franċiżi, bit-tbatija u l-inkwiet kollu li għaddew minnu, għall-idejn l-Ingliżi. Minn żmien għall-ieħor kienu jitfaċċaw il-pesta u l-kolera u dejjem kaxkxu magħhom numru sew ta’ vittmi.

Related Posts

Tags

Share This